Dikjarazzjoni ta’ privatezza
1. Għaliex il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza kompetizzjoni dwar “l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċittadinanza”?
Bejn it-tmiem tal-2008 u l-bidu tal-2009, il-Kummissjoni Ewropea tistieden liż-żgħażagħ li huma ċittadini jew residenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-istudenti tal-arti u l-grafika li għandhom tal-anqas 16-il sena, sabiex jieħdu sehem f’kompetizzjoni intitolata “L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċittadinanza”. L-għan huwa sabiex dawn isiru jafu aktar dwar il-prinċipju tal-ħajja ta’ ċittadin fl-Unjoni Ewropea.
Il-mezz użat sabiex ikun hemm komunikazzjoni mal-parteċipanti potenzjali huwa websajt.
Il-kompetizzjoni hija organizzata fl-ambitu tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
2. Liema hija d-data personali miġbura mill-Kummissjoni Ewropea, għal-liema skop u b’liema mezzi tekniċi?
Data personali
Permezz tal-formoli ta’ reġistrazzjoni u ta’ parteċipazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tiġbor l-informazzjoni li ġejja għal kull parteċipant:
Jekk il-parteċipant huwa maġġorenni (18-il sena u iktar):
- il-kunjom;
- l-isem;
- id-data tat-twelid;
- ix-xogħol;
- l-indirizz;
- numri tat-telefon;
- l-indirizz tal-email.
Jekk il-parteċipant huwa minorenni (anqas minn 18-il sena):
- kunjom;
- isem;
- data tat-twelid.
- kunjom;
- isem;
- funzjoni;
- indirizz;
- numri tat-telefon;
- indirizz tal-email.
(1) L-identità tal-parteċipant
(2) L-identità tal-adult responsabbli
Fiż-żewġ każijiet (parteċipant maġġorenni jew minorenni):
Risposta għal żewġ mistoqsijiet, waħda dwar il-metodu tal-ħidma li segwa l-parteċipant, u l-oħra dwar il-messaġġi li jixtieq iwassal.
Fiż-żewġ każijiet (parteċipant maġġorenni jew minorenni) u jekk japplika:
Dettalji dwar l-iskola, l-università jew ta’ kwalunkwe istituzzjoni li fiha l-parteċipant ipprepara l-proġett tiegħu.
Huwa mandatorju li tingħata l-informazzjoni kollha, għar-raġunijiet imniżżla hawn taħt.
Skopijiet
L-iskopijiet tal-formola ta’ reġistrazzjoni huma:
- sabiex il-Kummissjoni Ewropea tieħu idea, ftit ġranet wara li titħabbar il-kompetizzjoni, tan-numru ta’ persuni interessati f’din l-attività;
- sabiex jiġu identifikati dawk il-pajjiżi fejn ma ntweriex ħafna interess u għalhekk fejn hemm bżonn ta’ promozzjoni aktar attiva;
- sabiex ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament permezz ta’ l-e-mail il-persuna interessata fil-kompetizzjoni (jekk din tkun maġġorenni) jew il-persuna responsabbli (jekk il-persuna interessata fil-kompetizzjoni hija minorenni) sabiex jitħeġġu jippreparaw u jibagħtu ix-xogħol tagħhom.
L-iskopjiet tal-formola ta’ parteċipazzjoni huma:
- • li jiġu identifikati l-parteċipanti finali;
- • li tgħin fl-evalwazzjoni tax-xogħol;
- • sabiex jiġu kkuntattjati kemm jista’ jkun malajr permezz tat-telefon, f’każ li l-parteċipant ikun rebaħ, kemm il-parteċipant stess (jekk dan huwa maġġorenni) u kemm il-persuna responsabbli, f’każ ta’ parteċipant minorenni;
- • f’dan il-każ, il-formola ser tippermetti li jiġi organizzat il-vjaġġ tal-parteċipant lejn il-kapitali nazzjonali u possibbilment lejn Brussell, meta jasal iż-żmien.
Mezzi tekniċi
Id-data personali tinġabar permezz taż-żewġ formoli msemmija hawn fuq, li ser ikunu fuq il-websajt.
Il-formola ta’ reġistrazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ e-mail u l-formola ta’ parteċipazzjoni tintbagħat direttament jew bil-posta espressa, flimkien max-xogħol.
3. Min għandu aċċess għad-data tiegħek u lil min tintwera?
L-uffiċjali jew l-aġenti nominati tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-impjegati nominati tal-kuntrattur għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni għandhom aċċess għad-data tiegħek. Id-data tiegħek ma tintwera lil ħadd aktar, imma l-ismijiet u d-dati tat-twelid jintwerew bil-permess tiegħek lill-kumpaniji tal-ivvjaġġar (linji ta’ l-ajru, lukandi, eċċ.) f’każ li tirbaħ premju.
4. Il-Kummissjoni Ewropea, kif tipproteġi u tissalvagwardja d-data tiegħek?
Id-data tiegħek tinħażen fil-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni Ewropea u tal-kuntrattur tagħha, b’aċċess protett permezz tal-passwords u llimitat għall-uffiċjali jew l-aġenti nominati tal-Kummissjoni, kif ukoll għall-impjegati nominati tal-kuntrattur għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni.
5. Kif tista’ tivverifika, timmodifika jew tħassar id-data tiegħek?
M’għandek l-ebda aċċess dirett għad-data personali tiegħek maħżuna fid-databases. Jekk tixtieq timmodifika jew tħassar id-data tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ fl-indirizz indikat fil-punt 7.
Id-data tiegħek tiġi mmodifikata jew imħassra fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.
6. Kemm indumu nżommu d-data tiegħek?
Id-data tiegħek titħassar mill-bażijiet tad-data kollha fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-kompetizzjoni (il-ġurnata taċ-ċerimonja tal-għotja ta’ premjijiet mill-UE).
7. Informazzjoni għal kuntatt
European Commission
Directorate General Justice, Freedom and Security
"Communication" Unit
Office: 0R10/023
1049 Brussels
Belgium
e-mail: JLS-A5-COMPETITION@ec.europa.eu
Il-persuni rreġistrati għandhom id-dritt li jagħmlu rikors fi kwalunkwe ħin lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.